Malti
Radoje Domanović (Frar 16, 1873 – Awissu 17, 1908) kien kittieb Serb, ġurnalist u għalliem, l-aktar famuż ħabba l-istejjer qosra satiriċi tiegħu.
Radoje Domanović twieled fil-villaġġ ta’ Ovsište fiċ-ċentru tas-Serbja. Gradwa l-iskola medja ta’ Kragujevac, u l-Fakultà tal-Filosofija tal-Università ta’ Belgrad, fejn studja l-lingwa Serba u l-istorja. Mill-1895 sal-1898 Domanović ħadem bħala għalliem tal-lingwa Serba u tal-istorja fin-nofsinhar tas-Serbja.
Waqt iż-żamma tat-tagħlim tiegħu, beda jikteb l-ewwel stejjer realistiċi tiegħu. Minħabba l-affiljazzjoni tiegħu mal-oppożizzjoni, tilef xogħlu u mar joqgħod f’Belgrad ma’ familtu. F’Belgrad, beda jaħdem bħala ġurnalist ma’ ħafna gazzetti, jikteb artikli politiċi u stejjer satiriċi, li fihom kien jattakka u jikxef l-ipokresija u l-falzitajiet tar-reġim li kien fil-poter. Il-ksib tal-fama ta’ Radoje ġie bil-pubblikazzjonital-istejjer magħrufa tiegħu, bħal “Mexxej” (1901) u “Sofferbja” (oriġinarajament imnissla “Stradija” – 1902). Minħabba t-tip t’attitudni li ma tistax tilħaq ftehim miegħu, sar magħruf bħala wieħed mill-opponenti ewlenin tad-dinastija t’Obrenović u r-reġim reazzjonarju tagħha.
Wara il-waqa’ tal-gvern tal-1903 u tibdil fir-reġim, Domanović irċieva post ta’ kittieb fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, u l-gvern il-ġdid ippermettilu jmur il-Ġermanja għal sena ta’ speċjalizzazzjoni li qatta’ fi Munich. Lura fis-Serbja, Radoje nstab diżappuntat min-nuqqas ta’ bidla fis-soċjetà. Kien waqqaf il-gazzetta politika tiegħu stess ta’ kull ġimgħa, “Sofferbja”, li fiha kompla jikkritika id-dgħjufija tad-demokrazija il-ġdida, iżda il-kitba tiegħu ma kienx għad għandha l-istess saħħa w ispirazzjoni li kellha qabel.
Radoje Domanović miet nofs siegħa wara d-daqq ta’ nofs il-lejl, fis-17 t’Awissu, 1908, fl-età ta’ 35 sena, wara battalja twila mal-pnewmonja kronika u t-tuberkulosi. Ix-xogħolijiet li kien għad fadal li ma kienux pubblikati, ġew mitlufa waqt l-Ewwel Gwerra Dinjija. Minħabba l-irwol importanti fil-ġlieda kontra l-forzi reazzjonarji u bl-għerf tiegħu, huwa ġeneralment ikkunsidrat l-aħjar kittieb satiriku Serb tal-għoxrin seklu.
Xogħol literarju
Ftit mill-aktar xogħolijiet magħrufa ta’ Radoje Domanović jinkludu:
- L-abolizzjoni tal-passjonijiet, 1898
- Il-baħar il-mejjet, 1902
- Dimonju, 1898
- Il-Prinċep Marko fost is-Serbi għat-tieni darba, 1901
- Ir-raġunament ta’ gendus Serb ordinarju, 1902
- Mexxej, 1901
- Sofferbja, 1902
Il-Proġett “Radoje Domanović” huwa mantnut minn Vladimir Živanović, inġinier tal-kwalità u dilettant tal-letteratura, bl-għan li jiddiġitizza x-xogħol komplet tal-kittieb Serb Radoje Domanović, u jippermetti qarrejja minn kull rokna tad-dinja biex jaqraw ix-xogħlijiet oriġinali u t-traduzzjonijiet. L-istorja li jmiss ġiet tradotta speċjalment għall-Proġett, u ġiet ippubblikata hawnhekk għall-ewwel draba:
- Ir-raġunament ta’ gendus Serb ordinarju, 1902
- Mexxej (1–2–3), 1901
Għall-Proġett “Radoje Domanović” tradotta bil-Malti minn Christianne Portelli.
[Contents of this biographical reference page were written for the “Radoje Domanović” Project with the goal of promoting the life and works of the famous Serbian satirist, Radoje Domanović, and are released into public domain. Editor]